Rakkmu tad-Deheb
Rakkmu tad-deheb oriġina fl-Asja u ilu jintuża għal ħafna sekli u huwa mifrux f’ħafna pajjiżi. F’Malta, hemm tradizzjoni li r-rakkmu tad-deheb jintuża fuq artefatti reliġjużi u emblemi ta’ diversi soċjetajiet prominenti f’komunitajiet differenti madwar iż-żewġ gżejjer. Illum, hemm ftit individwi ta’ ħila kbira mifruxa mal-Gżejjer Maltin li għadhom jafu, jipprattikaw u (fuq skala żgħira ħafna) jgħallmu din is-sengħa.
Data ta’ l-Iskrizzjoni: 28 June 2018
Referenza: 02/2018
